It-tieni seminar tal-European Language Resource Coordination f’Malta

It-tieni seminar tal-European Language Resource Coordination f’Malta

Meta:

l-1 ta’ Novembru 2019

Fejn:

Dar l-Ewropa, 254 Triq San Pawl, il-Belt Valletta

Organizzazzjoni:

l-Unità tal-Leġiżlazzjoni - Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, Malta; l-Università ta' Malta; ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta

L-ELRC inbdiet permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (Connecting Europe Facility - CEF) tal-Kummissjoni Ewropea. Is-CEF tipprovdi servizzi diġitali bażiċi li jistgħu jintużaw mill-ġdid li huma kruċjali għat-twettiq ta’ Ewropa konnessa. Il-ħolqien tal-konnettività u l-interoperabbiltà fis-servizzi pubbliċi madwar l-Ewropa jista’ jkollu impatt materjali fuq is-servizzi pubbliċi, in-negozji u l-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tal-Ewropa. Fost is-servizzi tas-CEF, it-traduzzjoni elettronika tgħin biex tingħeleb waħda mill-isfidi ewlenin li l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej u nazzjonali qed jiffaċċjaw illum: l-iskambju tal-informazzjoni fost l-ostakli lingwistiċi. F’dan il-kuntest l-ELRC tfittex li tidentifika u tiġbor riżorsi lingwistiċi rilevanti għall-amministrazzjonijiet u s-servizzi pubbliċi nazzjonali, u b’hekk tgħin lis-sistema tat-traduzzjoni awtomatika eTranslation tadatta aħjar għall-ħtiġijiet tal-amministrazzjonijiet nazzjonali u tippermetti l-multilingwiżmu tas-servizzi diġitali pubbliċi. 

Fil-qafas tas-seminar tal-ELRC, nixtiequ niddiskutu l-pożizzjoni u l-prospetti ta’ Malta f’Ewropa multilingwi konnessa b’mod diġitali. Barra minn hekk, is-seminar tal-ELRC se jfittex li jenfasizza l-istrateġiji u l-azzjonijiet nazzjonali rilevanti għall-gvern elettroniku (eGovernment), il-multilingwiżmu u d-data miftuħa li jistgħu jgħinu lil Malta timmassimizza l-impatt tal-inizjattivi tal-KE. Fi djalogu kostruttiv ma’ esperti tal-Kummissjoni Ewropea, uffiċjali ta’ livell għoli mill-Gvern u s-Servizz Pubbliku Malti, teknoloġisti tal-lingwa, u fornituri ta’ servizzi lingwistiċi, nixtiequ naqsmu l-esperjenzi u l-ħtiġijiet għal amministrazzjoni pubblika multilingwi moderna. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nittamaw li flimkien nidentifikaw sorsi rilevanti ta’ riżorsi lingwistiċi multilingwi li se jgħinu biex il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tiġi adattata għall-ħtiġijiet tas-servizzi pubbliċi nazzjonali tagħna u nindirizzaw kwalunkwe kwistjoni teknika u legali fir-rigward tal-użu ta’ data għat-traduzzjoni awtomatizzata.  

Ir-rispons u l-parteċipazzjoni tiegħek huma għalhekk kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tas-sistema tat-traduzzjoni elettronika eTranslation tas-CEF fis-servizzi pubbliċi Maltin. Ikun pjaċir tagħna nilqgħuk personalment fis-seminar tagħna. Is-seminar tal-ELRC huwa bla ħlas, iżda hija meħtieġa r-reġistrazzjoni. Jekk jogħġbok irreġistra hawn taħt.

 

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-organizzaturi lokali tas-seminar:

 

Reġistrazzjoni għas-seminar